Żewġ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei kaġun tad-dħaħen li belgħu wara li tliet bibien u karozza nħakmu minn nirien f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2am meta persuni mhux magħrufa allegatament qabbdu bieb ta’ dar fi Triq il-Kanun. Kawża tal-fjammi kbar, in-nar inxtered tant li nħakmu żewġ bibien ta’ żewġ residenzi oħra kif ukoll karozza.
Fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll ambulanza.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>