Lokali Parlament

Kull uman għandu dritt ikun jaf min huma l-ġenituri tiegħu

– Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li kull uman għandu dritt ikun jaf min huma l-ġenituri tiegħu

Fid-dibattitu dwar il-liġi tal-IVF, Ivan Bartolo qal li l-gvern moħħu biex jgħaġġel biex jgħaddi l-emendi bla diskussjoni lanqas fil-PL stess. L-ebda embrijun m’għandu jun imħaċċad mid-dritt li jgħix għax dawn huma kollha ugwali. Dawn l-emendi mhux iġibu bilanċ. It-teknoloġija qed twassal għal realtà ġdida, tfal b’aktar minn ġenitur wieħed u ommijiet li jikru l-ġuf għal ħaddieħor.

Dan juri li l-bniedem għandu iktar setgħa fuq il-ħajja umana. Il-membri tal-Knisja huma fid-dmir li jitkellmu meta jidħol il-bniedem fin-nofs, li hu ċ-ċentru tal-knisja. Bir-raġun li l-knisja titkellem anzi l-knisja għandha tieħu sehem attiv fit-tfassil ta’ liġijiet imfassla mill-valuri Insara.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern qed idaħħal kultura ta’ soċjetà li tuża u tarmi. Kien il-Gvern Nazzjonalista li fl-2012 daħħal l-IVF. Il-PN jiggwida lill-politiċi dwar il-valur tal-ħajja fejn il-morali tibqa’ fuq nett. Dan juri rispett lejn id-dinjità u ljen l-integrità tal-ħajja umana sa mill-bidu nett. Il-PN dejjem kellu l-interess ta’ kull tarbija li titwieled, dan huma prinċipji li jagħmlu unur lill-PN għaliex dawn huma prinċiji favur il-ħajja.

Kull uman għandu dritt ikun jaf min huma l-ġenituri tiegħu; mhux kull xewqa għal tarbija hi ġustifikata. Xewqa għal tarbija tista’ tkun ibbażata fuq egoiżiżmu. It-tarbija għandha dritt għal ambjent xieraq biex tiżviluppa. L-għan tal-Istat għandu jkun li jra li t-tfal qed jikbru f’ambjent stabbli. Wara dawn l-emendi qed jitqanqlu diversi mistoqsijiet dwar min qed iressaq dawn l-emendi.

Il-Kummissarju tat-Tfal qiegħda hemm biex tiddefendi l-ħajja tat-tfal u mhux biex tiddefendi lill-gvern. L-embrijuni iffriżati jkunu distrutti ‘l quddiem meta l-użu tagħhom ma jiqbgħux validi. Il-pajjiż irid ikun kurġġjuż biżżejjed biex ma jippermettux dawn l-emendi.

Hu appella lil-Laburisti biex iwasslu l-pożizzjoni qawwija u ferma kif għamel id-deputat Laburista George Vella. Il-maġġoranza hi kontra dawn l-emendi, li huma mimlija ingann. Il-gvern għandu jisma’ mill-Knisja, mmill-ex deputat Laburista Deborah Schembri, mil-Laburisti ġenwini, tal-President ta’ Malta u tal-ex deputat Kap George Vella.