Lokali Parlament

L-embrijun għandu jingħata l-opportunità tal-ħajja

– Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-embrijun għandu jingħata kull opportunità tal-ħajja u għalhekk għandu jkun trattat bħala ħajja umana.

Fid-dibattittu dwar il-liġi tal-IVF, Edwin Vassallo espriema solidarjetà ma’ saċerdoti li ħadu sehem f’manifestazzjoni favur il-ħajja u kienu attakki u kkritikati. Il-Prim Ministru afferma li din irriforma hi waħda ta’ ugwaljanza u drittijiet iżda fis-soċjetà hawn min ma jistaportix opinjonijiet differenti. Dan meta l-Prim Ministru suppost hu mpenjat li jgħaqqad poplu iżda mbagħad jgħid biex l-ipokriti qed jitkellmu fuq il-moralità. Din mhix kwistjoni ta’ ugwaljanza iżda spiċċat liġi ta’ inġustizzja u diżugwaljanza flimkien ma’ diżonestà politika. Din il-liġi se toħloq tbatija ġdida fost in-nies; liema tbatija hi inġusta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-embrijun hu ħajja umana iżda l-Ministru Chris Fearne dejjem tkellem rigward id-drittijiet tal-embrijun biex jispeċifika li l-embrijun mhux ħajja umana. Hu appella biex il-ħajja tingħata l-benefiċċju tad-dubju jekk m’hawnx qbil meta tibda l-ħajja u jekk l-embrijun hux ħajja jw le. L-embrijun għandu jkun trattat ta’ ħajja umana.

Il-Gvern hu obbligat li jiċċara t-taħwid li hemm fl-liġi għaliex il-gvern ma jafx fejn qiegħed meta jitkellem dwar l-embrijun. Hu ċar li għall-gvern l-embrijun mhux ħajja umana iżda hu biss tmien ċelloli. Il-liġi se tibda toħloq iltiema ġodda qabel tit-welid u fejn il-mara se ssir oġġett. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem diġà ddikjarat li s-surrogazzjoni tagħmel lill-mara oġġett. Din hi kwistjoni li moralment mhix aċċettabbli fejn il-familja qed tieħu daqqa ta’ ħarta biex tkompli tinġieb fix-xejn.

Edwin Vassallo kompla li l-liġi fiha indifferenza assoluta għat-tfal u sostna li l-parlament irrenda li ma jimpurtaħx mill-weħgħat tal-iktar vulnerabbli. Il-Prim Ministru mhux interessat li jagħmel kruċjata mal-knisja iżda qed jagħmel kruċjata mad-dinjità tal-bniedem u mal-ħajja. Hu qal li fl-2017 l-Ispeaker kien iddikjara f’ruling li m’hawnx mandat dwar is-surrogazzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PL ħeba lin-nies u spjega kif l-ex ministru Laburista Gworge Vella wkoll jaħsibha differenti mill-Gvern Laburista. Hu qal li n-nies iridu jidraw il-vot ħieles lid-deputati għaliex dan jfissirx vot kontra deputat ieħor iżda vot differenti.