Għad-Deputat Laburista u eks Sindku Laburista ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar, l-embrijun mhuwiex uman.
Fuq Facebook, id-Deputat Laburista ixxerjat filmat ta’ diskors li għamlet hi fil-Parlament u li matulu tkellmet favur l-iffriżar tal-embrijuni umani.
Meta ħafna nies bdew jiktbu kummenti b’nuqqas ta’ qbil mal-iffriżar tal-embrijuni, Rosianne Cutajar ma qagħditx tomgħod kliemha meta b’risposta qalet lin-nies: “l-embrijun mhux bniedem!”.
Il-mod kif Rosianne Cutajar neħħiet l-umanità mill-embrijun hu konsistenti ma’ dak li riċentament qal fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, meta ġġustifika l-iffriżar tal-embrijuni billi qal li l-embrijun fih 8 ċelloli biss meta jiġi kkumparat ma’ aktar minn mitt miljun ċellola f’bniedem normali.
Il-kumment ta’ Rosianne Cutajar, li bl-aktar mod skjett iddikjarat li embrijun mhuwiex bniedem, qanqal rabja fost eluf ta’ persuni li jemmnu li l-embrijun huwa bniedem fi stat embrijoniku.
F’Ħal Qormi, Cutajar hi mfakkra għall-qasma li kien hemm fil-Kunsill Lokali Laburista taħt it-tmexxija tagħha bħala Sindku, partikolarment minħabba l-inkwiet bejnha u l-viċi-Sindku ta’ dak iż-żmien Jesmond Aquilina.
//= $special ?>Chris Fearne jiġġustifika l-iffriżar għax embrijun ‘fih 8 ċelloli biss’