L-Istudenti Demokratiċi Ewropej, l-EDS, semmiet lil Malta b’mod speċifiku meta fi stqarrija għall-media appellat lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jassiguraw li s-saltna tad-dritt tkun rispettata.
L-EDS qalet dan fi stqarrija li fiha ddikkjarat l-appoġġ tagħha għal ‘The Daphne Project’, li qed jiġbor 45 ġurnalist minn 18-il pajjiż differenti biex ikomplu l-istejjer li kienet bdiet il-ġurnalista Maltija maqtula Daphne Caruana Galizia.
L-EDS tirrappreżenta aktar minn miljun u nofs student minn 35 pajjiż differenti fl-Ewropa. Dan jagħmel lill-EDS l-ikbar assoċjazzjoni tal-istudenti fl-Ewropa
Fl-istqarrija tagħha, l-EDS qalet li tinnota li l-Gvern għadu ma ħa l-ebda azzjoni anke jekk ġew żvelati stejjer li mhux biss assoċjaw Ministru Malti ma’ wieħed mill-akkużati fil-qtil ta’ Caruana Galizia, iżda saħansitra ġiet traċċat trasferiment ta’ flus mill-Ażerbajġan għal kontijiet bankarji assojati ma’ Ministru tal-Gvern u maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru.
Dwar l-appell tagħha biex f’Malta jkun hawn impenn ikbar favur is-saltna tad-dritt, l-EDS qalet li qed testendi l-appoġġ tagħha għall-poplu Malti li jrid li f’pajjiżu jkun hemm is-saltna tad-dritt, u kif ukoll istituzzjonijiet indipendenti li jaħdmu mingħajr indħil politiku.
//= $special ?>EDS supports #DaphneProject. Expects tough reactions to revelations. @FbdnStories Read full statement here: https://t.co/5jlyBq85NB pic.twitter.com/2rUxpZPxuI
— EDS (@edsnet) April 28, 2018