Lokali

Żagħżugħ arrestat wara sejba ta’ droga f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 25 sena minn San Pawl il-Baħar kien arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li fil-pussess tiegħu nstab li kellu sustanzi illeċiti.

Fit-tfittxija, f’San Pawl il-Baħar stess, il-Pulizija sabet madwar 2kg pjanta tal-kannabis, ftit anqas minn 1kg raża tal-pjanta kannabis u madwar 100 pakkett b’sustanza maħsuba MDMA lesta biex tinbigħ. Instabu wkoll madwar €600 fi flus kontanti.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistuh f’Inkjesta, filwaqt li aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.