Lokali

Hilltop Gardens dejjem iktar aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta’ The Orchard

Avventura ġdida għal Hilltop Gardens sentejn wara li ħolqu kunċett ġdid għal pajjiżna; villaġġ għall-anzjani b’faċilitajiet tal-aqwa kwalità u atmosfera mill-isbaħ għalihom.

Issa, fi ħdan l-istess Hilltop Gardens fetaħ ir-ristorant The Orchard, li jilqa’ mhux biss għar-residenti imma jiftaħ ukoll il-bibien tiegħu għall-pubbliku ġenerali.

Ir-ristorant hu fdat fl-idejn esperjenzati tal-Head Chef James Rizzo, li fil-passat ħadem saħansitra anke fir-Renju Unit mal-kok famuż Jamie Oliver f’wieħed mir-risoranti tiegħu, Jamie’s Italian. L-esperjenza tiegħu wasslitu wkoll biex jintagħżel bħala relief Head Chef fir-ristoranti tal-istess Oliver madwar ir-Renju Unit.

The Orchard ikompli jikkumplimenta l-lista twila ta’ negozji taħt it-tmexxija taċ-Chairman ta’ AX Holdings, Angelo Xuereb, wieħed mill-imprendituri ewlenin f’pajjiżna.