It-tenur u preżentatur, Lino Gatt miet dalgħodu fl-età ta’ 80 sena.
Gatt studja l-mużika f’Guildhall Academy of Music and Drama ta’ Londra, filwaqt li għal xi snin għallem fil-Manoel Theatre Academy of Dramatic Arts.
Hu kellu diversi programmi fuq Radju Malta filwaqt li kien wieħed mill-ewwel preżentaturi tal-istess radju li twaqqaf mill-Awtorità tax-Xandir fl-1973. Kien ukoll l-ewwel vuċi li nstemgħet fuq Radju Malta 2 li beda jxandar fis-sena ta’ wara.
Għal numru ta’ snin hu kellu programmi tar-radju fuq mużika klassika u kien wieħed minn dawk li waqqaf l-istazzjonijiet Radio Mediterranean u Voice of the Mediterranean. Fl-aħħar imsemmi, Gatt kellu l-kariga ta’ Head of Programmes.
Lino Gatt ħadem fuq diversi dokumentarji għat-televizjoni u ppreżenta serje televiżivi fis-snin tmenin u disgħin.
Fit-Teatru Manoel, hu okkupa l-kariga ta’ direttur fuq il-bord, u kien l-ewwel Chairman tal-Orkestra Nazzjonali.
//= $special ?>