Lokali

Raġel jiskidja bil-mutur fir-Rabat

Raġel ta’ 40 sena sofra xi ġrieħi hekk kif skidja bil-mutur f’inċident li seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa ta’ wara nofsinhar.

Ir-raġel, minn Ħaż-Żebbuġ, kien fil-limiti tal-Ħemsija, fir-Rabat meta għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa tilef il-kontroll tal-mutur u skidja.

Ambulanza li ssejħet fuq il-post ħaditu l-Isptar Mater Dei għll-kura iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.