Is-Servizzi Sigrieti ta’ pajjiżna qed jiċħdu li kienu jafu bi pjan li kien qed jitħejja bil-għan li tinqatel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
L-istqarrija, li hi waħda bla preċedent, inħarġet illum ftit qabel il-mass meeting laburista fuq it-Tritoni, u mhux magħruf eżatt għal xiex qed iwieġbu s-Servizzi Sigrieti.
L-istqarrija innifisha tikkonferma li mhux normali li s-Servizzi Sigrieti jikkummentaw fuq materji kurrenti.
Is-Servizzi Sigrieti teknikament jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Intern. Iżda fil-verita’, l-operat jaqa’ direttament taħt persuna appuntat mill-Prim Ministru.
//= $special ?>