Edukazzjoni Lokali

Edukaturi jibqgħu ma jitħallsux għax-xogħol li għamlu

"Hemm bżonn li l-Ministeru ta’ Evarist Bartolo jagħti każ il-ħtieġa tal-edukaturi tiegħu u kif ukoll li l-pagamenti joħorġu fil-ħin."

Edukaturi fi ħdan iċ-ċentri Helen Keller fil-Qrendi u l-Kulleġġ Maria Regina tal-Wardija baqgħu ma tħallsux tax-xogħol li għamlu bħala supervizjoni li għamlu mal-istudenti fit-transport u lanqas għas-supervizjoni li wettqu tul il-brejks.

Din il-kwistjoni diġà ġrat tliet darbiet f’temp ta’ ftit xhur

Edukaturi u għalliema li tkellmu ma’ Net News qalulna li din il-kwistjoni diġà ġrat tliet darbiet f’temp ta’ ftit xhur, fejn il-pagement jew ma jidħolx jew idum ħafna biex jidħol.

F’kummenti fil-grupp tal-għalliema, l-MUT, il-Union tal-għalliema qalet li dwar din il-kwistjoni hemm bżonn li l-Ministeru ta’ Evarist Bartolo jagħti każ il-ħtieġa tal-edukaturi tiegħu u kif ukoll li l-pagamenti joħorġu fil-ħin.

Il-Union qalet li f’ċirkustanzi qed tara lid-Diretturi tal-Ministeru jkunu riġidi fil-konfront tagħhom mal-edukaturi f’dawn iċ-ċentri, bi twissijiet kontinwi fejn ikun hemm ftit nuqqas, madanakollu imbagħad mhux tħares l-interess tal-ħaddiema li hija wkoll suppost tieħu ħsieb.

Hija qalet dan anki b’referenza ta’ rapporti ta’ twissijiet maħruġa għal reati minuri fejn anki, l-istess Direttorati qed jonqsu milli jinvestigaw u jieħdu il-miżuri dixxiplinarji applikabbli għall-uffiċjali li jkunu responsabbli.