Lokali

FILMAT: Ħadd ma jweġġa’ fi ħruq f’residenza privata

Ħadd ma weġġa’ fi ħruq li seħħ dalgħodu, f’residenza privata f’San Ġwann. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq Ġużè Azzopardi.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħadu ħsieb jikkontrollaw in-nirien. Issejjaħ ukoll tim mediku, li għen lil xi persuni fil-post, għalkemm ħadd ma kellu bżonn jitteħed l-Isptar għal aktar kura.

Mhux magħruf x’wassal għal dan il-ħruq, b’aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

(Il-filmat, miġbud bil-mobile, intbagħat lil NETnews.com.mt b’email lil news@netmedia.com.mt.)