Il-progress irridu nutillizawh kif hu xieraq speċjalment fis-soċjetà moderna li qed ngħixu fiha. Soċjetà fejn fuq bażi ta’ impjieg irridu nħarsu lejn it-tliet pilastri fl-irwol tagħhom; il–ħaddiem, min iħaddem u l-Gvern.
Dan kien il-kliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’konferenza Ġenerali organizzata mill-Forum Unions Maltin. Huwa qal li fis-settur hemm bżonn li naħdmu flimkien li nħarsu lejn kull aspett. Il-Kap tal-PN sostna li l-unions għandhom jingħataw aktar leħen, u li l-PN jemmen dan il-prinċipju. Il-Unions u l-gvern għandhom bżonn lil xulxin, u b’ħidma flimkien jistgħu iż-żewġ naħat jibbenifikaw.
“Jekk il-ħaddiema mhux jieħdu l-frott ġust, il-pajjiż sħiħ kollu jkun qed jitlef”
Adrian Delia qal li l-pajjiż illum il-ġurnata qed isarraf minn inizjattivi tal-passat. Il-ħaddiem suppost qed jigwadanja aktar imqabbel mas-surplus li qed jagħmel pajjiżna. Huwa saqsi k kif il-ġid komuni mhux qiegħed jitqassam kif huwa xieraq, u għaliex il-ħaddiem qed jieħu biss żieda ta’ 0.5%.
Il-politika tal-PN għandha tkun li nippjanaw fit-tul, u li nħarsu ‘l quddiem għal politika li tinvesti f’uliedna u ulied uliedna.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni appella biex nsarfu l-punt li ntejbu l-kwalità ta’ ħajja lejn il-ħaddiem, u li nagħtu ‘l ħaddiem dak li hu tiegħu bi dritt. Fuq dak li qed jikseb hu.
Adrian Delia qal li wasal iż-żmien li nieqfu nippjanaw għall-elezzjoni li jmiss iżda hemm bżonn li nippjanaw fit-tul, għal għoxrin, tletin sena oħra. Din hija l-viżjoni tal-PN.
Adrian Delia sostna u għalaq fuq il-fatt li l-politika għandha tkun mhux biss tkun għal għada iżda l-politika għandha tinvesti f’uliedna u ulied uliedna.
//= $special ?>