Internazzjonali

Il-President tar-Rumanija jisfida lill-Gvern

Il-President tar-Rumanija Klaus Iohannis ħabbar li kien se jisfida riforma li jrid il-Gvern Soċjalista tal-pajjiż dwar riforma tal-ġudikatura billi qed jagħmel rikors fil-Qorti Kostituzzjonali.
Iohannis qal dan peress li r-riforma tipperikola l-indipendenza tal-Maġistratura. Il-President qal ukoll li kien se jitlob lill-Kunsill tal-Ewropa biex janalizza dawn ir-riformi li kienu approvati mill-Parlament imma li għad iridu l-firma tal-President biex jidħlu fis-seħħ.
Il-Kummissjoni Ewropea, id-Dipartiment tal-Istat Amerikan u eluf ta’ maġistrati Rumeni diġà kkritikaw dawn ir-riformi, li huma qalu kienu se jħallu lill-qrati u lil min jaħdem fihom vulnerabbli għall-indħil politiku. Il-Kummissjoni Ewropea hi mħassba li dawn ir-riformi u oħrajn lill-kodiċi kriminali kienu se jħarbtu l-progress li sar kontra l-korruzzjoni fir-Rumanija.