Fl-aħħar jiem, numru kbir ta’ siġar tal-arżnu spiċċaw kważi mqaċċta għal kollox minn Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija, li hi t-triq fuq in-naħa ta’ wara taċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Ritratti meħuda minn dan is-sit juru l-istat li spiċċaw fiha dawn is-siġar illi fuqhom ma saritx biss żabra. Iżda spiċċaw bil-friegħi issegati.
Kif wara l-inċident taż-Żurrieq illi donnu l-awtoritajiet tefgħu għajnejhom fuq is-siġar fit-toroq, bl-ewwel azzjoni li ttieħdet tkun fuq siġra f’Ħal Lija, imbgħad aktar tard tneħħew is-siġaw li kien hemm fit-triq ta’ biswit l-akwadott Birkirkara.
Il-Professur Alan Deidun esprima r-rabja tiegħu fuq Facebook għal mod kif tqaċċtu dawn is-siġar f’Santa Luċija. Hu poġġa’ serje ta’ ritratti ta’ friegħi mqaċċtin li tħallew mal-ġenb tat-triq.
//= $special ?>