Deputat fil-Parlament Ingliż akkuża lil biljunarju b’passaport Malti li hu spija tal-Gvern Russu.
Il-biljunarju Christopher Chandler, wieħed mis-sostenituri kbar ta’ Brexit, ġie akkużat minn Bob Seely li hu involut fi ċrieki tal-ħasil tal-flus, u li għandu rabtiet mar-Russja.
F’Jannar li għadda, il-Financial Times ta’ Londra rrappurtat li dan il-biljunarju imwieled New Zealand kien xtara l-passaport Malti. Chandler kellu ukoll kont fil-bank Pilatus.
Fil-Parlament Ingliż intqal illi Chandler qed ikun segwit mill-awtoritajiet Franċiżi minħabba li “qed jaħdem għas-servizzi sigrieti Russi”.
Għalhekk, id-deputat Seely appella biex tinfetaħ investigazzjoni.
//= $special ?>