Lokali Parlament

L-embrijun mhux se jkun protett b’din il-liġi

– Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li l-liġi tal-gvern Laburista mhix se tipproteġi l-embrijun.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-IVF Fredrick Azzopardi qal li mat-tnissil ikun hemm bniedem uniku u distint bil-karatteristiċi tagħha. Hu sostna li kull bniedem għandu jiddefendi l-ħajja. Il-PN dejjem wera solidarjetà mal-koppji li jgħaddu mill-problemi tal-infertilità u sa mill-2004 l-Gvern Nazzjonalista rrikonoxxa l-bżonn ta’ diskussjoni urġenti dwar l-IVF.

isd-deputat Nazjzonalista qal li l-liġi kienet imfassla b’mod li jitħassru d-drittijiet tal-koppji u tal-embrijuni bla ma tiddiskrimina. L-iskop tal-att dwar l-IVF kien wieħed favur il-ħajja umana u li ħadd ma juża l-bniedem.

Dwar il-liġi ta’ Gvern Laburista, Fredrick Azzopardi qal li din mhix liġi li tipproteġi l-embrijuni għaliex id-drittijiet tat-tfal li jitwieldu m’humiex protetti. L-emendi jmorru kontra l-għan tal-liġi preżenti li tipproteġi d-dinjità tal-emebrijun. Din il-liġi se toħloq iktar problemi etiċi milli ssolvi.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kien gvern Nazzjonalista li fl-2012 għadda liġi li tipproteġi l-embrijun uman iżda l-liġi tal-Gvern Laburista se twassal biex kull min irid tarbija jista’ jaħdem biex ikollu waħda il-konsegwenza li t-tarbija se ssir proġett ta’ produzzjoni. Hemm problemi marbuta mal-iffriżar tal-embrijuni, sostna d-deputat Nazzjonalista.