Mark Williams wasal sas-semifinali tal-Kampjonat tad-Dinja għall-ewwel darba mill-2011 wara li għeleb lil Ali Carter 13-8 fil-kwarti tal-finali.
Williams li rebaħ din il-kompetizzjoni darbtejn fl-2000 u fl-2003, se jilgħab kontra Barry Hawkins għal post fil-finali wara breaks ta’ 83 u 113 li għenuh jirbaħ erbgħa mill-aħħar ħames frames. Carter kien elimina lil wieħed mill-favoriti Ronnie O’Sullivan mal-aħħar 16.
Fl-aħħar dehra tiegħu fis-semifinali, Williams kienet tilef kontra John Higgins, li eventwalment kien rebaħ il-Kampjonat tad-Dinja fl-2011.
Hawkins għadda mal-aħħar erbgħa wara rebħa dominanti ta’ 13-5 fuq Ding Junhui. Iċ-Ċiniż kien beda l-ġurnata 11-5 minn taħt, b’Hawkins jagħlaq il-logħba filgħodu b’century break ieħor.
Kyren Wilson patta għat-telfa fil-Masters ta’ Jannar li għadda meta elimina lil Mark Allen 13-7. Wilson beda l-aħħar sessjoni 11-5 minn fuq u wara li Allen rebaħ is-17-il frame, iddomina t-18-il frame qabel ma spiċċa bi break ta’ 53.
Wilson li għalih se tkun l-ewwel semifinali, se jilgħab kontra John Higgins. L-Iskoċċiż għeleb lill Judd Trump 13-12 fi kwarti tal-finali eċċitanti li kellha tiġi deċiża bl-aħħar frame.
//= $special ?>