Festi Knisja Kultura Lokali

Santu Kruċ pospost għall-Ħadd minħabba l-maltemp

Din id-darba Sant' Elena tfeġġ filgħodu f'Mejju

Il-Karkariżi laqgħu minn qabel għall-maltemp previst għada u pposponew il-purċissjoni bil-Vara Titulari ta’ Sant’ Elena fl-okkażżjoni tal-Festa tas-Sejba tas-Salib Imqaddes għal nhar il-Ħadd filgħodu.

Il-purċissjoni, li tibda ħierġa fid-8.45 sal-11.30 ta’ filgħodu, tkun akkumpanjata mill-Banda Duke of Connaught’s Own u se tgħaddi mill-Wied ta’ Birkirkara quddiem il-Każin tal-istess banda fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Kumitat tan-Nar 18 t’Awwissu se takkumpanja l-purċissjoni b’ħruq ta’ logħob tan-nar tal-ajru.

Intant, il-festi interni fil-Bażilika Elenjana jissuktaw kif pjanati hekk kif illejla ssir l-investitura ta’ żewġ kanonċi onorarji ġodda, Dun Robert Grech u l-Kan. Michael Zammit, kif ukoll it-Translazzjoni tar-Relikwija tas-Salib Imqaddes. Imbagħad għada filgħodu ssir manifestazzjoni għat-tfal tal-iskejjel primarji Karkariżi sal-Kolleġġjata ta’ Sant’ Elena u filgħaxija toħroġ il-Quddiesa Solenni tal-Festa bil-paniġierku mill-istess Kan Michael Zammit.

Għalkemm il-Knisja llum tiċċelebra tal-Eżaltazzjoni tas-Salib fl-14 ta’ Settembru, il-Karkariżi baqgħu jiċċelebraw il-festa antika tas-sejba tar-Relikwi Qaddisa tas-Salib Imqaddes minn Sant’ Elena b’devozzjoni nhar it-3 ta’ Mejju.