– Robert Arrigo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li l-IVF għandha tkun b’xejn għal kull min irid bil-possibbiltajiet l-aktar wiesa’ fuq il-liġi tal-2012. Hu qal li b’din il-liġi ħalla ballata tal-Gvern Laburista kif inhi se tibqa’ fis-seħħ għal snin twal u staqsa min huma d-deputati biex ibiddlu biċċa minn dak li ħoloq Alla.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-IVF Robert Arrigo qal li sa ġimgħatejn ilu l-liġi kellha tgħaddi biex f’ġimgħatejn iżda issa l-gvern qed jgħid li se jibda l-konsultazzjoni. Il-parlament għandu jagħti kunsiderazzjoni għall-Konvenzjoni Internazzjonali tan-Nazzjonaijiet Uniti u qal li hmem diversi problemi dwar għażla tal-embrijuni fil-kuntest tad-diskriminazzjoni.
Robert Arrigo tkellem dwar il-kiri tal-ġuf u trattat l-problemi maħluqa ma’ din iċ-ċirkostanza. Hu appella biex ma ssirx industrija ta’ barranin li jiġi jixtru dawn l-embrijuni. Hu kkritika l-mod kif fl-aħħar se jddeċiedi l-ministru, li se jkun alla nnifsu. Il-pajjiż kollu għandu jkun flimkien f’dawn il-bidliet, sostna Robert Arrigo, li kompla li din il-liġi se toħloq iktar problemi milli ġid.
Robert Arrigo qal li l-embrijun għandu jingħata vuċi għax dik hi ħajja u appella biex ma jkunx hemm diskriminazzjoni. Dan għaliex l-għażla tal-embrijuni se ġġib diskriminazzjoni. Hu staqsa min se jaddotta lil min u min kien se jiddeċiedi dwar l-embrijuni fil-friża.
Il-Viċi-Kap tal-PN Robert Arrigo qal li hemm dubju jekk il-Kummissarju tat-Tfal għamlet dikjarazzjoni li fiha qalet li m’hemmx problemi. Hu sostna li l-Gvern seta’ ressaq liġijiet differenti u liġijiet oħra u staqsa x’isir jekk it-tarbija tkun rifjutata.
//= $special ?>