Lokali

Sewwieq żagħżugħ ta’ mutur iweġġa’ wara li ntlaqat minn karozza fil-Marsa

Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Ħal Kirkop weġġa’ u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li l-mutur li kien qed isuq intlaqat minn karozza fil-Ħamrun By-pass fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm meta għal xi raġuni, il-mutur tat-tip Honda ntlaqat mill-karozza tat-tip Fiat, misjuqa minn żagħżugħa ta’ 19-il sena mill-Mosta.

Il-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei waslu fil-post, biż-żagħżugħ ingħata l-ewwel kura qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura.

Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhux magħrufa.