Internazzjonali

Terremot ħafif fil-Greċja

Matul il-lejl tat-Tlieta kien hemm terremot pjuttost qawwi fil-Greċja u li nħass anki fil- kapitali, Ateni. Jidher li t-theżżiż tal-art ma kkawża ebda vittmi jew ħsara kbira. It-terremot kellu qawwa ta’ 4.1 fuq l-Iskala Richter u seħħ 29 kilometru fil-Grigal ta’ Ateni. L-epiċentru tiegħu kien f’fond ta’ 9.4 kilometri. It-theżżiż inħass sew f’Ateni u fis-subborgi tal-kapitali. Sadattant, sar terremot ieħor fl-Iran, bil-qawwa ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter u li ħalla mill-anqas 30 persuna midruba. Dan seħħ qrib Sisakht, 700 kilometru fin-Nofsinhar ta’ Tehran, u saret ħsara fil-linji tal-elettriku u l-komunikazzjonijiet.