Nar li żviluppa mill-binja The Space f’Tal-Pietà wassal biex diversi persuni kellhom jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba duħħan li belgħu.
L-inċident seħħ ftit wara l-kwarta ta’ waranofsinhar fi Triq Alfred Craig, fejn jirriżulta li problema fl-ettriku, aktarx minn cable tad-dawl, li wasslet biex qabad ukoll meter tad-dawl fil-komun tal-binja.
Fil-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw is-sitwazzjoni f’ħin qasir kif ukoll ħaddiema tal-Enemalta li neħħew il-periklu.
Fil-post kien hemm bżonn żewġ ambulanzi li ħadu mill-inqas seba’ persuni l-isptar. Fortunatament ħadd minn dawk li kellhom bżonn il-kura ma sofrew xi ġireħi.
//= $special ?>

