Internazzjonali

Cambridge Analytica se tagħlaq

Facebook se jkompli bl-investigazzjoni dwar l-iskandlu

Il-kumpanija ta’ konsulenza Cambridge Analytica se tagħlaq il-bibien tagħha. Cambridge Analytica kienet fiċ-ċentru ta’ skandlu kbir wara li sar magħruf illi użat id-data ta’ miljuni ta’ accounts minn Facebook. Din l-informazzjoni jidher li għaddiet għand diversi partiti politiċi, u intużat għal kampanji elettorali madwar id-dinja kollha.

L-aħbar tal-għeluq tal-Cambridge Analytica ingħatat mill-Wall Street Journal.

Skont Facebook, kienu b’kollox 87 miljun account li ġew “misruqa” mid-data tagħhom.

Kelliem għal Facebook qal li l-investigazzjoni illi nbdiet se tissokta sabiex jiġu stabbiliti eżatt il-fatti kif ġraw.