Dan m’huwiex ritratt tal-famuża pittura ta’ Michelangelo li tinsab fil-Kappella Sistina fil-Vatikan imma ritratt ta’ padiljun ta’ ċentru sportiv ta’ klabb tal-futbol fl-Arġentina, dak ta’ Club Sportivo Pereyra.
Fis-saqaf tal-padiljun l-eksplejer leġġendarju tal-Arġentina Diego Maradona (lemin) tpoġġa minflok Alla filwaqt li fuq in-naħa l-oħra, minflok Adam, jidher il-plejer l-ieħor Arġentin, Lionel Messi (xellug).
Ħdejn Maradona, bħala ‘anġli’ hemm eksplejers u plejers Arġentini oħra bħal ma huma Juan Roman Riquelme, Gabriel Batistuta, Mario Kempes u Sergio Aguero. Club Sportivo Pereyra nefqu madwar 20 elf ewro għal din il-pittura ta’ Santiago Barbeito.
//= $special ?>