Lokali

Id-deċiżjoni dwar Townsquare tmur lura għand l-Awtorita’ tal-Ippjanar

Is-sit in-kwistjoni hu kbir 12,000 metru kwadru, fiz-zona ta' Tigne'

L-iżviluppaturi tal-proġett Townsquare f’Tas-Sliema se jkollhom jirrevedu l-pjan oriġinali tagħhom wara laqgħa li saret illum tat-Tribunal Reviżorju tal-Ambjent u l-Ippjanar.

It-Tribunal iddeċieda li l-pjanti l-ġodda għandhom imorru lura għand l-Awtorita’ tal-Ippjanar biex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni finali dwar l-iżvilupp ta’ dan it-torri ta’ 38 sular.

Il-pjanti l-ġodda jridu jkunu konformi mal-policy tal-Floor Area Ratio.

L-iżviluppaturi se jkollhom jagħmlu studju ieħor tal-impatt ambjentali, tal-impatt soċjali u tat-traffiku li se jiġġenera dan il-proġett.