Lokali

Il-ħaddiema qed ikollhom iħallsu minn buthom biex xi ħadd għamel profitt ta’ $40 miljun

Dubji kbar dwar il-kontijiet tad-dawl li qed toħroġ l-ARMS

Dak li ġie rrappurtat f’The Guardian fil-ġranet li għaddew, dwar ix-xiri tal-gass LNG għall-power station f’Delimara mingħand SOCAR tal-Ażerbajġan, ifisser li l-familji qed jagħmlu tajjeb għall-$40 miljun profitt li xi ħadd għamel f’sena waħda biss.

Fi stqarrija, l-SĦPN tistaqsi għalfejn inżamm moħbi l-ftehim għax-xiri tal-gass, bi prezz fiss għall-ħames snin, li wassal biex il-konsumaturi u l-familji marru minn taħt. Dan għaliex dawn l-$40 miljun setgħu marru fi prezzijiet orħos tal-kontijiet tad-dawl għall-familji Maltin u Għawdxin.

L-SĦPN issostni li dan kollu juri biċ-ċar li l-ħaddiema qed ikollhom iħallsu minn buthom biex xi ħadd għamel profitt ta’ $40 miljun.

Dan kollu jrid jittieħed fil-kuntest li The Malta Independent irrappurtat kif il-kontijiet tad-dawl qed jinħadmu b’mod li meta mqabblin mas-snin ta’ qabel qed jirriżulta li jkunu aktar għoljin.