Ix-xogħol li beda fi Triq Żarenu Dalli f’Birżebbuġa wassal biex jiċċaqalqu l-bejjiegħa kollha tal-monti li ssoltu jarmaw f’din it-triq kull nhar ta’ Ħamis.
Dalgħodu kienet l-ewwel għodwa li fiha ma ramax il-monti f’din it-triq kaġun tax-xogħol li beda.
Iżda Net News hu infurmat li ċ-ċaqlieqa saret bla konsultazzjoni, bil-post il-ġdid joħloq inkonvenjent għall-bejjiegħa.
Ħafna bejjiegħa tal-monti li tkellmu magħna esprimew ir-rabja tagħhom għal din il-mossa u l-post il-ġdid fejn tpoġġew.
Ix-xogħol fi Triq Zarenu Dalli mistenni jdum 5 xhur.
//= $special ?>