Lokali

Il-monti ta’ Birżebbuġa ċċaqlaq; il-bejjiegħa urtati

Ix-xogħol se jaffetwa lill-bejjiegħa għal ġimgħat sħaħ

Ix-xogħol li beda fi Triq Żarenu Dalli f’Birżebbuġa wassal biex jiċċaqalqu l-bejjiegħa kollha tal-monti li ssoltu jarmaw f’din it-triq kull nhar ta’ Ħamis.

Dalgħodu kienet l-ewwel għodwa li fiha ma ramax il-monti f’din it-triq kaġun tax-xogħol li beda.

Iżda Net News hu infurmat li ċ-ċaqlieqa saret bla konsultazzjoni, bil-post il-ġdid joħloq inkonvenjent għall-bejjiegħa.

Ħafna bejjiegħa tal-monti li tkellmu magħna esprimew ir-rabja tagħhom għal din il-mossa u l-post il-ġdid fejn tpoġġew.

Ix-xogħol fi Triq Zarenu Dalli mistenni jdum 5 xhur.