Futbol Sport

Il-PN jawgura lil Ray Farrugia bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija awgura lil Ray Farrugia bħala kowċ ġdid tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol. L-għażla tiegħu hija att ta’ fiduċja fil-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ Ray Farrugia li diġà ta kontribut importanti fit-tmexxija ta’ timijiet nazzjonali Maltin tal-futbol ta’ taħt il-21 sena u bħala Assistant Kowċ tat-tim nazzjonali Malti.

L-esperjenza ta’ Ray Farrugia se tkun element vitali sabiex it-talenti tal-plejers Maltin ikunu identifikati u msaħħa. Dan flimkien mal-kapaċità tiegħu u tat-tim biex jidentifikaw talenti ġodda fi plejers Maltin li jistgħu jkunu l-plejers tal-futur tat-tim nazzjonali Malti.

F’dan il-mument delikat u importanti għall-futbol Malti, il-Partit Nazzjonalista enfasizza fuq l-importanza ta’ iktar riformi biex tissaħħaħ is-sinerġija bejn l-MFA, il-klabbs, il-plejers u l-partitarji, l-erba’ pilastri tal-futbol Malti.

L-istqarrija tgħid illi hekk biss li l-futbol Malti jista’ jattira lejh aktar spettaturi waqt li jibqa’ jissaħħaħ fl-għeruq tas-soċjetà Maltija, b’riżultati aktar pożittivi.