Ewropa Lokali

Il-V18 fi kriżi…Jason Micallef m’għandux biex ikun kburi

"Riflessjoni ta' amministrazzjoni imnawwra"

Il-kriżi fit-tmexxija tal-V18 tibqa’ taħt il-lenti tal-media hekk kif illum l-editur tat-Times of Malta iffoka l-kummentarju tiegħu fuq il-legat li se jħalli warajh Jason Micallef – legat għar-reputazzjoni internazzjonali ta’ pajjiżna li wieħed żgur ma jistax ikun kburi bih.

L-editur jgħid illi minkejja l-baraxx ta’ kritika li qed ikollu, mhux mistenni li Jason Micallef iwarrab mit-tmexxija tal-V18.

It-Times tinsisti illi l-ebda mandat elettorali ma jagħti dritt li wieħed jittollera ċertu diskors u atteġjament bħal dak ta’ Jason Micallef, li apparti li hu chairman tal-V18 hu wkoll chairman tal-istazzjon laurista.

Grupp ta’ għexieren ta’ artisti u professjonisti li ġejjin mill-qasam tal-kultura kitbu lill-Prim Ministru biex iwarrab immedjatament lil Micallef. Iżda l-appell tagħhom waqa fuq widnejn torox.