Fra Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto ġie elett bħala it-tmenin Gran Mastru tal-Ordni Sovrana ta’ Malta – u illum ħa l-ġurament tiegħu bħala Gran Mastru quddiem d-delegat speċjali tal-Papa għall-Ordni ta’ Malta fil-monasteru.
L-elezzjoni ssejħet wara li l-aħħar Gran Mastru, Matthew Festing, irreżenja mill-kariga tiegħu fl-2017 – fejn normalment il-Gran Mastri jibqgħu jokkupaw il-kariga tul ħajjithom kollha.
L-elezzjoni saret bejn 54 membru tal-Kunsill tal-Ordni li ltaqgħu fil-Villa Maġisterjali f’waħda miż-żewġ sede f’Ruma. L-għażla bir-riżultat uffiċjali ntbagħtet lill-Papa Franġisku. Il-Gran Mastru elett Dalla Torre diġa’ kien serva temporanjament minn April 2017.
L-Ordni ta’ Malta, kif l-isem iġib miegħu, għandha rabta kbira ma’ pajjiżna u storja mżewqa. L-ordni ġiet iffundata fl-1099 f’Ġerusalemm bħala l-Kavallieri Ospitallieri, fejn wara bosta snin ifitxxu art permanenti kien damu snin twal jokkuppaw il-gżejjer tagħna, sal-wasla tal-Franċiżi.
Il-Gran Mastru Dalla Torre twieled Ruma fl-1944. Hu gradwat fil-filosofija fl-Universita’ ta’ Ruma, speċjalizzat fl-Arkeoloġija Kristjana u l-Istorja fl-Arti. Hu daħal fl-Ordni fl-1985, u ħa l-ġurament solenni bħala Kavallier professjonali fl-1993.
//= $special ?>