Rapporti fil-midja Ingliża qed isostnu li l-atleta Kenjan Asbel Kiprop, champion Olimpiku u tliet darbiet champion tad-dinja rriżulta pożittiv għal test tad-doping. Hekk kif ħarġu dawn ir-rapporti Kiprop immedjatament ċaħadhom.
Ir-rapporti qed jgħidu li Kiprop għamel użu mill-booster erythropoietin (EPO).
L-atleta ta’ 28 sena li jikkompeti fil-1500m rebaħ it-titlu mondjali fl-2011, fl-2013 u fl-2015 filwaqt li fl-2008 l-ewwel kien ħa l-midalja tal-fidda waqt l-Olimpjadi imma wara li r-rebbieħ tat-tellieqa Rashid Ramzi kien nstab pożittiv,Kiprop ingħata l-midalja tad-deheb.
F’dawn l-aħħar sitt snin atleti Kenjani bħal ma huma Rita Jeptoo u Jemima Sumgong instabu pożittivi għad-doping.
Ta’ min jinnota li l-aġent ta’ Kiprop hu Federico Rosa, l-istess aġent li kellhomJeptoo u Sumgong. L-aħħar atleta Kenjana li ngħatat sospensjoni kienet Sumgong. Sena ilu ġiet sospiża għal erba’ snin għax fl-2016 ħadet l-EPO waqt l-Olimpjadi ta’ Rio.
//= $special ?>