Lokali

Numru ta’ lokalitajiet jinsabu bla dawl

Dan is-sit huwa infurmat li l-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq u Ħaż-Żabbar, u l-Kalkara jinsabu bla dawl. F’xi zoni tal-lokalitajiet imsemmija d-dawl qed mill-ġdid.

Skont il-persuni li tkellmu magħna jidher li l-aktar żoni milquta huma dawk fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Mhux magħruf x’ikkawża dan in-nuqqas fl-elettriku.

Din hi t-tieni darba fi ftit jiem li numru ta’ lokalitajiet f’pajjina jinsabu bla dawl. Fit-22 t’April nofs Malta għaddiet minn qtugħ ta’ dawl.

Dakinhar l-Enemalta tefgħet it-tort fuq Sqallija u l-interconnector. S’issa mhux magħruf x’wassal għall-qtugħ tad-dawl illum.