Ambjent Lokali

Is-siġar ta’ Santa Luċija se jerġgħu jitħawlu f’post ieħor

"It-tneħħija tas-siġar ma kellu x'jaqsam xejn mal-inċident tad-double decker"

Ħafna mis-siġar li tneħħew minn Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija se jerġgħu jitħawlu f’siti oħrajn, uħud minnhom f’Santa Luċija stess.

Hekk ikkonferma s-sit tagħna mingħand diversi sorsi wara li din il-ġimgħa fuq Facebook, l-ambjentalista Alan Deidun poġġa’ serje ta’ ritratti li juru kif inqatgħu s-siġar minn din it-triq partikolari – triq li kienet sinonima għas-sbuħija tagħha, int u sejjer lejn Raħal Ġdid, in-naħa ta’ wara taċ-ċimiterju tal-Addolorata.

L-istess sorsi qalulna li l-maġġoranza tas-siġar se jerġgħu jieħdu l-ħajja f’postijiet oħra.

“Is-siġar tal-Ficus se jitpoġġew postijiet oħra. Filwaqt li s-siġar tal-prinjol ma jerġax jitħawwel.”

Dawn is-siġar partikolari kellhom jitneħħew minħabba li dalwaqt jibdew xogħlijiet fuq Triq Ħal Luqa.