Internazzjonali

Sparatura qattiela f’Amsterdam

Il-pulizija Olandiża, kienu qed jinvestigaw il-qtil ta’ persuna u l-feriment ta’ persuna oħra waqt sparatura fi triq ta’ Amsterdam.
L-inċident seħħ fi Triq Krootstraat, fejn persuna mietet fuq il-post u bil-midrub jittieħed lejn l-isptar għal trattament. Kien rappurtat, intant, li l-pulizija arrestat persuna suspettata u li ttieħdu l-marki tas-swaba’ mill-inħawi fejn seħħet l-isparatura
Il-każ ma jidhirx li kellu xi konnessjoni mat-terroriżmu.
F’Jannar li għadda kienet seħħet sparatura oħra f’Amsterdam li fiha nqatel ġuvni ta’ sbatax-il sena, b’żewġ persuni jisfaw feruti.