Lokali

Żewġ tfajliet jeħilsuha bi żbrixx wara li ċeda ħajt f’post ta’ kostruzzjoni

Żewġ tfajliet li kienu għaddejjin bil-mixi minn waħda mit-toroq li jagħtu għal Triq ix-Xatt, fil-Gżira, jistgħu jgħodduha b’waħda wara li ħajt li jagħlaq l-aċċess għal sit ta’ kostruzzjoni ċeda.

Il-każ seħħ ftit wara t-08:30 bil-ġebel jixtered matul it-triq bil-konsegwenza li ngħalaq l-aċċess għall-vetturi.

Dan hu t-tielet każ simili fi ftit jiem wara li l-Ġimgħa li għadda faċċata ta’ blokka bini fl-Imsida niżlet fi Triq il-Wied tal-Imsida. Fl-istess ġurnata, ftit ħin wara, ġiet evitata traġedja hekk kif ġebla minn sit ta’ kostruzzjoni waqgħet għal fuq bus stop fi Triq Ġorġ Borg Olivier, San Ġiljan.