Ambjent Lokali Saħħa

ĊIFRI TAL-EUROSTAT: Malta bl-akbar żieda ta’ emmissjonijiet fl-arja; tħassib dwar it-tniġġis

Fl-2017 l-emmissjonijiet ta' Co2 żdiedu bi 12 fil-mija fuq is-sena ta' qabel

Matul is-sena li għaddiet, l-aktar pajjiż tal-UE li kellu żidiet fl-emmissjonijiet ta’ Co2 fl-arja kien propju Malta. Dan hu konfermat minn ċifri tal-Eurostat li ġew pubblikati illum.

Meta fl-UE iż-żieda medja ta’ emmissjonijiet fl-arja kienet ta’ 1.8 fil-mija, f’Malta kienet ta’ 12.8 fil-mija. B’hekk pajjiżna qiegħed l-ewwel f’din il-lista li tiklassifika l-membri tal-UE skond l-emmissjonijiet ta’ Co2 fl-arja.

Meta pajjiżi bħall-Belġju, l-Irlanda u l-Latvija qed jesperjenzaw tnaqqis fl-emmissjonijiet grazzi għall-politika tal-gvernijiet rispettivi, f’Malta s-sitwazzjoni tinsab barra minn kull kontroll. It-tniġġis tal-arja, skont dawn iċ-ċifri, ftit qed jingħata importanza mill-Gvern Malti.

L-akbar emmissjonijiet ta’ Co2 kien f’Malta, segwiti mill-Estonja, il-Bulgarija u Spanja.

L-akbar tnaqqis fis-Co2 kien reġistrat fil-Fillandja, id-Danimarka u r-Renju Unit.