Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri l-mumenti li raġel, aktarx barrani, jidher jixxabbar għal kostruzzjoni biex kiseb aċċess u seraq numru ta’ għodda.
Fil-filmat jidher raġel ieħor li jidher li mhux involut għalkemm jispikka kif ra lir-raġel jaqbeż għal darba darbtejn, jixabbat mit-tieqa imma ma jieħu l-ebda azzjoni.
Wara li r-raġel irnexxielu jixxabbat mit-tieqa, għal tliet darbiet joħroġ affarijiet li kienu qed jintużaw fis-sit, jgħabbi kollox fuq dahru u jitlaq mill-post.
Dwar dan il-każ sar rapport fl-Għassa tal-Ħamrun. Min ikollu xi informazzjoni hu mitlub jirrapporta.
//= $special ?>