Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri l-mument li sidt ta’ ħanut fil-Gżira sfat misruqa minn tliet persuni.
Fil-filmat jidher raġel liebes flokk aħdar li jdaħħal idu wara l-bank ħanut u jieħu portmoni li kien fih dokumenti kif ukoll flus. Dan fl-istess waqt li kompliċi tiegħu kienet qed iddur fil-ħanut.
Fl-istess ħin, bl-iskop li jekk jinqala’ xi ħaġa jkun jista’ jassisti lill-kompliċi tiegħu, fuq barra kien hemm ukoll persuna oħra.
//= $special ?>