Kif kien mistenni, l-eksplejer u captain leġġendarju ta’ Liverpool Steven Gerrard inħatar bħala manager tat-tim Skoċċiż ta’ Rangers.
L-eksplejer internazzjonali Ingliż se jkun qed jieħu post Graeme Murty li minn naħa tiegħu kien qed imexxi lit-tim b’mod temporanju wara li kien tkeċċa Pedro Caixinha f’Ottubru li għadda.
Sa minn April ta’ sena ilu Gerrard kien qed jaħdem bħala kowċ tal-youths fi ħdan l-akkademja ta’ Liverpool u b’hekk l-esperjenza ma’ Rangers se tkun l-ewwel waħda tiegħu fl-ogħla livell.
Gerrard kien irtira mill-futbol fl-2016 wara staġun jilgħab ma’ LA Galaxy. Hu dam jilgħab 17-il sena ma’ Liverpool. Riċentament irrifjuta li jmexxi lil MK Dons u issa ffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Rangers.
//= $special ?>