Sitt irġiel tilfu l-liċenzja tagħhom u kienu mmultati fil-Qrati matul din il-ġimgħa f’każi separati wara ħidma mill-voluntieri tal-Committee Against Bird Slaughter (CABS).
F’każ minnhom, tliet irġiel kienu nqabdu f’Marzu tas-sena li għaddiet jonsbu illegalment għal għasafar tal-għana varji f’Fomm ir-Riħ. L-irġiel ipprovaw jaħarbu mill-liġi billi wieħed minnhom liber maskra ta’ ras ta’ mewt, ieħor ipprova jgħatti wiċċu u t-tielet wieħed jipprova jistaħba.
Minkejja dan, l-irġiel kienu identifikati u nstabu ħatja fil-Qorti. Huma kienu mmultati €1,600 u l-liċenzji tal-kaċċa u l-insib kienu revokati għal tliet snin.
F’każ ieħor, nassab partikolari inqabad f’żewġ okkażjonijiet differenti jonsob illegalment għall-pluvieri fiz-zona ta’ San Martin. Hu kien inqabad juża bird callers illegali u jipprova jbiegħ l-istess pluvieri maqbuda permezz tal-internet. Ir-raġel kien ikkundannat iħallas multa ta’ €700 u kellu l-liċenzja revokata għal sentejn.
Nassab ieħor kellu l-liċenzja revokata għal sentejn u mmultat €1,000 wara li nstab ħati ta’ insib illegali fuq pluvieri f’Burmarrad f’ Diċembru tal-2016.
Is-sitt nassab ukoll kellu l-liċenzja revokata għal sentejn u mmultat €1,000 wara li nqabad jonsob illegalment f’Novembru 2016.
//= $special ?>