Għall-ewwel darba f’pajjiżna, nhar is-Sibt li ġej 11-il banda se jingħaqdu flimkien biex idoqqu marċi brijuzi fi Pjazza San Franġisk f’Ħal Qormi. Dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li l-Banda San Ġorġ Martri qed tfakkar matul din is-sena – il-125 sena mit-twaqqif tal-Għaqda.
Il-Mass Band tas-Sibt li ġew se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Archibald Mizzi.
Din l-attivita’ tibda fis-7.30pm u matulha jintwerew ukoll siltiet tal-briju tal-festa ta’ kull banda li ser tiparteċipa.
Se jkun hemm ikel, xorb u divertiment għall-familja kollha, partikolarment kull min hu dilettant tal-festi u marċi brijużi.
//= $special ?>