Kultura Lokali Mużika

NHAR IS-SIBT: 11-il banda fi pjazza waħda

Attivita' li se timmarka l-ftuħ taċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri ta' Ħal Qormi

Għall-ewwel darba f’pajjiżna, nhar is-Sibt li ġej 11-il banda se jingħaqdu flimkien biex idoqqu marċi brijuzi fi Pjazza San Franġisk f’Ħal Qormi. Dan bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li l-Banda San Ġorġ Martri qed tfakkar matul din is-sena – il-125 sena mit-twaqqif tal-Għaqda.

Il-Mass Band tas-Sibt li ġew se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. Archibald Mizzi.

Din l-attivita’ tibda fis-7.30pm u matulha jintwerew ukoll siltiet tal-briju tal-festa ta’ kull banda li ser tiparteċipa.

Se jkun hemm ikel, xorb u divertiment għall-familja kollha, partikolarment kull min hu dilettant tal-festi u marċi brijużi.