Lokali

Nirien f’residenza f’Ħaż-Żabbar – is-sidien evakwati mir-residenza bla ġrieħi

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ikkontrollaw nar li żviluppa f’residenza li tinsab fi Triq il-Labour, f’Ħaż-Żabbar.

Ir-residenza tinsab fuq stabbiliment tal-ikel, u għalhekk ittieħdu prekawzjonijiet addizzjonali minħabba l-biża’ li n-nar jista’ jinfirex għal dan l-istabbiliment fejn hemm uukoll numru ta’ ċilindri tal-gass

Il-Pulizija kkonfermaw dan il-każ, b’kelliem jispjegalna li mill-ewwel informazzjoni deher li hemm xi nies maqbuda ġewwa. Madankollu jirriżulta li mal-wasla tal-uffiċjali fil-post, ir-residenti kienu laħqu ħarġu waħidhom.