Lokali

Ingliż jinstab mejjet fuq jott il-Birgu

Ingliż ta’ 65 sena instab mejjet fuq jott privat li kien sorġut fil-Marina tal-Birgu.

Kien għall-ħabta tas-sieħga ta’ waranofsinhar li l-Pulizija waslilha rapport dwar dan il-każ, bl-uffiċjali li marru fil-post isibu l-ġisem bla ħajja tar-raġel.

L-ewwel investigazzjonijiet li saru kkonfermaw li l-anzjan miet b’mewta naturali u s’issa m’hemmx suspett li seta’ kien hemm l-involviment ta’ terzi.