Lokali

Restawrat makkinarju ta’ 1/3 kanuni ta’ 100 tunnellata fid-dinja

Qatt xtaqt tkun taf kif kienu jgħixu s-suldati Vittorjani ġewwa Forti Rinella, fil-Kalkara?

Din is-sena, Heritage Day, nhar is-6 ta’ Mejju, se tkun waħda speċjali hekk kif għall-ewwel darba se jkun hemm għal wiri erba’ makkinarji li ġew restawrati, b’waħda minnhom hija oriġinali u l-oħrajn mudelli.

Il-makkinarji se jkunu qed jħaddmu wieħed minn tliet kanuni ta’ 100 tunnellata li hawn fid-dinja kollha. Dan huwa l-ewwel makkinarju li qatt intuża fid-dinja kollha, li ħa madwar sena u nofs biex ġie restawrat.

Il-fażi li jmiss hija li jitlesta l-hydrolic engine, biex wara jkollhom il-mira li jħaddmu l-kanun innifsu. Ic-chairman ta’ Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia qalilna dwar il-makkinarju li tlesta din is-sena.

F’dan il-jum wieħed se jesperjenza l-ħajja tas-suldati, b’saħansitra graffiti tagħhom fil-ħajt li jmorru lura madwar is-snin tal-1880. Wieħed se jkun jista’ jara wkoll l-ilbies tas-suldati, u l-armi tagħhom, fost affarijiet oħra. Fl-aħħar ma jistax jonqos show biż-żwiemel u reenactment tas-suldati.

Il-forti se jkun miftuħ għall-pubbliku l-Ħadd fis-6 ta’ Mejju fejn se jkun hemm avveniment mill-10 ta’ filgħodu sal-4 ta’ wara nofsinhar.

Ikkummenta