Lokali

RITRATTI: Sejba mhux tas-soltu mid-Dwana fil-Posta

Fil-jiem li għaddew, Fizzjali tad-Dwana stazzjonati fl-uffiċju tal-Posta, f’Ħal-Qormi, għamlu sejba goffa u fl-istess ħin rari.

Dan meta f’kaxxa indirizzata lil persuna barranija residenti Malta, l-uffiċjali sabu ġlud ta’ tliet annimali, żewġ orsijiet u qattusa salvaġġa magħrufa aħjar bħala Lynx. Il-kaxxa kienet ġejja mir-Russja.

Peress li l-importazzjoni ta’ dawn l-ġlud hija projbita u minħabba li l-ispeċi huma protetti mil-liġi tas-CITES, il-ġlud ġew ikkonfiskati filwaqt li ġew mgħarrfa b’din is-sejba uffiċjali tal-ERA.

Iktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.