Lokali

Skema ta’ riċiklaġġ ġdida – €00.10 għal kull flixkun

Skema ġdida bl-isem ta’ Beverage Container Refund ġiet imnedija l-Ġimgħa filgħodu fejn sal-aħħar tas-sena 2019 il-kontenituri kollha tax-xorb se jkunu qed jiġu riċiklati, b’dawk li jkunu parti minn din l-iskema jirċievu għaxar ċenteżmi ma’ kull tip ta’ flixkun. Din se tkun qed twassal għal ekonomija tar-riċiklaġġ aħjar.

Il-materjal kollu li se jinġabar se jkun qed jiġi separat biex wara jiġi riċiklat u jinħoloq prodott ġdid. Resource, recovery, and recycling council inħoloq biex jaraw li din is-sistema taħdem kif pjanata.

F’Malta se jkun hawn madwar 350 magna li tirriċikla l-kontenituri.

Wieħed kapaċi jeħel multa ta’ bejn €5,000 u €50,000 jew saħansitra 6 xhur ħabs jekk ma jsirx il-ħlas mitlub.
B’kollox dan mistenni li jġib nuqqas ta’ terz mill-iskart kollu ġenerat u 95% f’nuqqas ta’ skart tal-kontenituri. Dan hekk kif bħalissa, minn 200 miljun flixkun, madwar 15% biss qiegħdin jiġu riċiklati, filwaqt li sal-2020 50% ta’ karti, plastik, metal u ħġieġ irid ikun qed jiġi riċiklat.

Skema simili kien qed jaħdem fuqha l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, madanakollu huma twaqqfu mill-Gvern fl-2015. Dan minkejja li l-Prim Ministru Joseph Muscat kien ippropona l-istess skema ta’ riċiklaġġ.