Vulkan ewlieni li żbroffa viċin zona residednzjali fuq l-akbar gżira tal-Hawaii kkaġuna stat ta’ emerġenza, fost l-evakwazzjoni urġenti ta’ xi 1,700 resident.
L-Aġenzija għad-Difiża Ċivili, sadanittant, esprimiet inkwiet dwar il-livell tal-gassijiet perikolużi li kienu ħerġin mill-Muntanja Kilauea ‘u li nstabu t-traċċi tagħhom anki fiz-zona għall-evakwazzjoni’.
Iċ-ċentri għall-komunità f’Hawaii, intant, kienu qed jipprovdu kenn għal ħafna nies, bl-awtoritajiet ikomplu janalizzaw l-iżviluppi ta’ wara l-iżbroff, li segwa sensiela ta’ terremoti qawwija f’dawn il-ġranet.
Fl-aħħar jiem, il-kollass ta’ parti mill-muntanja kien irriżulta f’inżul ta’ lava mal-ġnub ta’ Kilauea u fid-direzzjoni taz-zoni residenzjali.
L-Uffiċjali fil-Hawaii ( il-50 Stat tal-Istati Uniti tal-Amerika) kienu ilhom il-jiem iwissu lir-residenti biex iħejju għall-evakwazzjonijiet ta’ emerġenza ‘għaliex kellu jkun hemm ftit li xejn twissija dwar żbroffatura kbira mill-vulkan’.
Il-Gvernatur tal-Hawaii, David Ige, qal li kien ħareġ il-qawwiet militari riservi mal-Gwardja Nazzjonali biex jgħinu l-evakwazzjoni tal-eluf fiz-zoni speċifiċi.
Dan waqt li l-iskwadri għall-emerġenzi kienu qed jaħdmu u jikkordinaw ma’ xulxin fost l-isforzi tal-għajnuna u ż-żamma tas-sigurtà fl-eqqel tal-emerġenza.
//= $special ?>

